Il-konnettività ta’ bejn Malta u l-kumplament tad-dinja, is-sigurtà ta’ pajjiżna, id-demografija kif ukoll is-sotennibbiltà.
Dawn kienu wħud mis-suġġetti li ddominaw id-diskussjoni li saret bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u r-rappreżentanti tal-MHRA, bħala parti mil-laqgħat li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista qabel il-Budget.

Minn naħa tagħhom il-President tal-MHRA Tony Zahra u Andrew Agius Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA; urew it-tħassib tagħhom, dwar kif il-kwistjoni tad-demografija hija nieqsa mill-Viżjoni 2050 li ppreżenta l-Gvern. Huma tkellmu wkoll dwar l-immaniġjar tat-turiżmu, is-sotenibbilta, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg minn naħa tiegħu sostna li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen f’turiżmu ta’ kwalità u mhux il-kwantità.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg minn naħa tiegħu sostna li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen f’turiżmu ta’ kwalità u mhux il-kwantità.
Dan filwaqt li tenna li s-settur tat-turiżmu dejjem kien ta’ prijorità għall-Partit Nazzjonalista.

Intant, ir-rappreżentanti tal-MHRA flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u x-Shadow Ministers Graham Bencini, Jerome Caruana Cilia u Mario de Marco tkellmu dwar l-importanza li nipproteġu l-awtentiċità ta’ pajjiżna hekk kif qed nesperjenzaw influss qawwi ta’ barranin.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Sabine Agius Cabourdin.
//= $special ?>