Internazzjonali

Franza rrikonoxxiet l-istat tal-Palestina

Franza rrikonoxxiet uffiċjalment l-istat tal-Palestina, u ngħaqdet mar-Renju Unit, il-Portugall, il-Kanada, u l-Awstralja f’mossa diplomatika kkoordinata. Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, ħabbar dan waqt id-diskors tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, u ddikjara li fil-Lvant Nofsani il-paċi jeħtieġ li tinkiseb malajr kemm jista’ jkun. Huwa enfasizza l-urġenza li tintemm il-gwerra li għaddejja f’Gaza u li jinħelsu 48 ostaġġ li għadhom mill-Hamas.

Il-mexxejja Palestinjani laqgħu l-mossa ta’ Franza, filwaqt li Iżrael opponiha bil-qawwa. Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ir-rikonoxximent bħala tentattiv biex “jimponi stat terroristiku” u wiegħed li stat Palestinjan “mhux se jseħħ.”