Matul il-jum ta’ għada, fejn il-maġġoranza tal-istudenti se jibdew sena skolastika ġdida, l-Uffiċċju Meterjoloġiku qed ibassar li l-gżejjer Maltin jintlaqtu minn maltempata.
It-temp mistenni jkun ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u aktar tard; il-kumplament ikun il-biċċa l-kbira msaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ f’xi waqtiet.
It-temperatura mistennija tinżel taħt it-30 grad.
Ir-riħ f’xi waqtiet jaf ilaħħaq Forza 5.
//= $special ?>