Futbol Sport

Hibernians fl-ewwel post b’rebħa fid-derby fuq Tarxien

Tarxien R ………………… 1

Hibernians ………………. 3

Tarxien R: A.Cassar, S.Filipe, F.Conceicao, A.Leal, H.Da Silva, M.Zango, K.Donsu, O.Ibeh, A.Dantas, A.Vella, M.Grima

Hibernians: H.Sacco, H.Silas, L.Vilela, B.Kristensen, V.De Souza, D.Bonnici, M.Ellul, C.Medonca, A.Cacho, M.Lima Duarte, C.Silva

Referee: E.Grech

Assistenti Referees: M.Ciantar, K.Saliba

Hibernians telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-1 fid-derby fuq Tarxien Rainbows. Hibernians marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta minn gowl ta’ Cleiton Mendonca Padilha qabel Lucas Villela Iapert għamilhom tnejn fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Tarxien naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Kwasi Donsu. Hibernians għalqu l-partita fid-89 minuta minn gowl ieħor ta’ Lucas Villela Iapert.