Christ Agius rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tat-tim tal-kbar wara wirjiet li kellu u gowls deċiżivi li skorja filwaqt li Carmine Francese rebaħ l-Aqwa Plejer tal-Hockey 7s fejn kien ta’ ispirazzjoni għat-tim tiegħu tul l-istaġun 2024/25.
Adam White u Caine Farrugia rebħu l-unur tal-aqwa plejers fil-kategoriji Taħt it-12 u l-14 il-sena rispettivament filwaqt li għal kategoriji Taħt it-12 u 14-il sena Ethan Abela u Thomas White ntgħażlu bħala l-iktar plejers li wettqu progress matul l-istaġun li għadda.
Gree Zurrieq Wolves Hotsticks taw wkoll rikonoxximent lil Henry Cachia, Andrew Monaghan, Tony Caruana Smith, Chris Tabone, Mario Lentini, Robert DeMarco, Lilyen Fiedler, Manuel Imbroll u Pierre George.
Il-fundatur tal-klabb Tony Caruana Smith meta indirizza lil dawk preżenti qal li 50 sena għaddew bħal ħolma u li f’dawn is-snin ra l-klabb jikkonsolida postu fost l-aqwa timijiet tal-hockey f’pajjiżna filwaqt li bdew ġejjin l-unuri wkoll.
Indirizza wkoll il-president ta’ GREE Żurrieq Wolves Hotsticks Andrei Imbroll fejn ħabbar li matul dan is-sajf ħadmu sabiex isaħħu l-iskwadra f’kull dipartiment.
—————————————————–
BADMINTON : Samuel Cassar rebaħ midalja tal-bronż fil-Peru International Series 2025 fejn kien il-protagonista fis-serje ta’ suċċessi għal Badminton Malta b’ total ta’ erba’ midalji mirbuħa minn plejers Maltin fix-xena internazzjonali.
Waqt li kkompeta f’kompetizzjoni fiċ-Ċirkwit Dinji tal-Federazzjoni Dinjija tal-Badminton f’Lima, fil-Peru, Samuel Cassar flimkien ma’Enrico Asuncion tal-Istati Uniti, fid-Doubles tal-Irġiel, taw wirja b’saħħitha biex avvanzaw għas-semifinali. Riżultat ieħor importanti u punti ta’ klassifika għall-plejer Malti fuq livell internazzjonali. Fl-istess tournament Matthew Abela, flimkien ma’ Maxim Grinblat, għamel prestazzjoni soda biex laħaq il-kwarti tal-finali tal-istess kompetizzjoni. Abela u Grinblat rebħu wkoll midalja tal-bronż fil-Costa Rica Future Series.
Is-suċċess kompla fil-livell tal-juniors fl-Ewropa fil Li-Ning Zagreb Youth Open fil-Kroazja. Tnejn mill-plejers żgħażagħ li jippromettu kisbu wkoll midalji tal-bronż. Jade Bartoli fil-kategorija tas-Singles tal-Bniet Taħt il-11 il-sena, filwaqt li Matias Casaru kiseb il-bronż tiegħu fid-Doubles tas-Subien Taht it-13 il-sena flimkien ma’ Ivan Ivanov.
——————————————————-
Fi Stadio Diego Armando Maradona :
Napoli 3 Pisa 2
Ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Napoli ġabet fi tmiem ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat fejn Napoli baqgħu l-uniku tim b’punti massimi. Partita li mmaturat matul it-tieni taqsima fejn Pisa b’xi mod dejjem wettqu reazzjoni. Fid-39 minuta Napoli marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Leonardo Spinazzjola kien BILLY GILMOUR li għeleb lil Adrian Semper għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Fis-60 minuta Pisa kisbu l-gowl tad-draw. Sam Beukema deher li miss il-ballun b’idu fil-kaxxa , Valerio Crezzini saffar penalty. Taħ M’BALA NZOLA li għeleb lil Alex Meret.
Reazzjoni immedjata minn Napoli li fit-73 minuta mill-ġdid fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Stanislav Lobotka kien LEONARDO SPINAZZOLA li għeleb lil Semper 2 – 1 . Napoli kabbru l-iskor fit-82 minuta meta minn azzjoni ta’ Scott McTominay kien LORENZO LUCCA li għamel l-iskor 3 – 1 . Fid-90 minuta Pisa naqqsu l-iskor permezz ta’ LORRAN minn azzjoni ta’ Samuele Angori għall-iskor finali ta’ 3 – 2
//= $special ?>