Ir-Russja stqarret li għandha tibqa’ marbuta bil-limiti għall-armamenti nukleari għal sena l-oħra. Dan ladarba jiskadi l-aħħar patt nukleari bejn Moska u l-Istati Uniti, fi Frar li ġej.
Il-President Russu, Vladimir Putin, qal, waqt laqgħa mal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà f’Moska, li l-konklużjoni tal-ftehim New START għandha tħalli konsegwenzi negattivi għall-istabbilità globali. Intant, Putin qed jistenna li l-Istati Uniti wkoll issegwi l-eżempju ta’ Moska u tintrabat bil-limiti imposti mit-trattat.
Il-ftehim New START, iffirmat mill-Eks President Amerikan Barack Obama u l-Eks President Russu Dmitry Medvedev, jillimita lil kull pajjiż għall-istazzjonar ta’ mhux aktar minn 1,550 warhead nukleari flimkien ma’ 700 missila u bombers.
Intant, hemm xorta nuqqas ta’ djalogu rigward ftehim ġdid u għalkemm il-ftehim ta’ START attwali jesiġi għall-ispezzjonijiet fis-siti tal-armamenti speċifiċi, dawn l-ispezzjonijiet ilhom ma jsiru mill-2020.
//= $special ?>