Graziella Galea, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li s-soċjetà ilha tistenna liġi dwar is-sewqan taħt l-effett tad-droga u l-alkoħol.
Graziella Galea qal li s-soċjetà ilha tistenna liġi li tipproteġi l-ħajja taċ-ċittadini u sostniet li din il-liġi qed issir tard wara li kien hawn diversi inċidenti fit-toroq Maltin. Is-sewqan taħt l-influwenza tad-droga hu reat li jħallu tbatija fuq persuni oħra innoċenti. Kien ħażin meta t-tajjeb beda jitwarrab u fejn il-mentalità nbidlet biex aċċċettat il-ħażin.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-istat għandu jintervjeni fil-mument adattat biex ma jintilfux il-ħajjiet. Hi sostniet li l-parlament issa qed jilleġiżla biex itejjeb is-sitwazzjoni għalkemm dan it-titjib se jsir tard wisq.
Graziella Galea qalet li din il-liġi għandha tkun il-bidu ta proċess biex il-pajjiż jibdel il-mentalità biex il-kulktura ta’ rispett terġa’ tinġieb lura. Jeħtieġ issir kampanja edukattiva għaliex din il-liġi weħidha mhijiex biżżejjed. Ma’ dan għandu jkun hemm il-kontrolli meħtieġa għal titjib fis-sistema. Din mhijiex biss kwistjoni ta’ liġi iżda kwistjoni ta’ ħajja jew mewt. Il-ħajja ta’ kull persuna hi prezzjuża u ħadd m’għandu dritt jieħu l-ħajja ta’ ħaddieħor.
Hi appellat biex ikunu kkunsidrati diversi proposti fosthom x’vetturi li jistgħu jinstabu, x’tip ta’ vetturi jistgħu jinstaqu minn persuni li jkunu għadhom kif ġabu l-liċenzji u jekk dawn il-persuni għandhomx ikunu akkumpanjati waqt is-sewqan.
Graziella Galea kompliet li qed iseħħu ħafna inċidenti ta’ mwiet fit-toroq Maltin u appellat biex jinstabu s-soluzzjonijiet li jwasslu għal titjib fis-sewqan fit-toroq Maltin.
//= $special ?>