Il-komiku popolari Amerikan, Jimmy Kimmel, irritorna fix-xena u fejn mill-ġdid qed jippreżenta t-‘talk show’ bl-isem Jimmy Kimmel Live, fuq l-Istazzjon ABC tal-kumpanija Disney. Dan meta Kimmel kien ilu l-aħħar ġranet sospiż wara li tkellem b’mod ‘disrispettuż’ dwar il-qtil tal-attivist konservattiv, Charlie Kirk, waqt l-isparatura f’Utah.
Il-kelliema għal Disney u ABC qalu li l-Eżekuttivi tal-kumpanija deċidew biex jissospendu l-programm ta’ Kimmel għaliex ħassew li ‘uħud mill-kummenti tal-komiku (dwar Kirk) kienu insensittivi u barra minn lokhom.’
Madankollu, is-show ta’ Kimmel qed jirritorna wara li l-komiku-preżentatur kellu taħditiet fit-tul mad-diretturi tan-network. Qabel is-sospensjoni, ir-regolatur federali għat-Televiżjoni Amerikana kien qed jhedded biex jirtira l-liċenzja tal-ABC, fost il-polemika kbira dwar l-espressjoni ħielsa fl-Istati Uniti.
Il-President Amerikan, Donald Trump, kien laqa’ tajjeb is-sospensjoni ta’ Kimmel, iżda, fl-aħħar sigħat, hu ma tkellimx speċifikament dwar ir-ritorn tal-preżentatur waqt il-kummenti regolari lill-istampa.
//= $special ?>