Sport

L-Open Singles Tournament jattira numru sostanzjali ta’ plejers

Birkirkara Tennis Club organizza Open Singles Tournament sanzjonat mill-Malta Tennis & Padel Federation. Minn idea li nibtet 19 il-sena ilu minn Eleno Mamo dan it-Tournament sar appuntament fiss fil-kalendarju tat-tennis lokali.

Bħal fl-edizzjonijiet imgħoddija t-Tournament attira numru sostanzjali ta’ plejers lokali u barranin.

Il-finali tan-nisa ntrebħet minn Emma Montebello li għelbet lil Marina Tawdrws tal-Eġittu f’żewġ sets 6 – 1, 6 – 0.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, fl-ewwel semifinali Liam Delicata elimina f’żewġ sets lil Claude Camilleri Bonici 6 – 1, 6 – 0 filwaqt li fit-tieni semifinali Ioannis Stamatopoulos tal-Greċja għeleb lil Mikael Lukacovic tas-Slovakkja 6 – 1 ; 6 – 4.

Fil-finali Liam Delicata seed nr. 1 tat-tennis lokali f’partita mill-isbaħ ta’ livell għoli għeleb lil Ioannis Stamatopoulos 6 – 2 ; 6 – 1.

Fi tmiem il-finali, it-trofej lir-rebbieħa kienu ppreżentati minn ufficjal tal-Malta Tennis & Padel Federation u t-trofej ta’ Birkirkara Tennis Club mis-Segretarju tal-Club.