Huwa krucjali li l-pajjiż ikompli jsaħħaħ is-settur finanzjarju biex ikollna ekonomija b’impjiegi ta’ kwalità.
Kien dan il-qofol ta’ laqgħa li saret bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u l-Istitut Malti tal-Accountants, it-Tlieta filgħodu, fejn flimkien iddiskuttew il-proposti tal-Budget – fosthom l-importanza tal-kompetitività.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien mas-Shadow Ministers Graham Bencini u Jerome Caruana Cilia qasmu l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fis-settur tal-finanzi u anke l-ESG – l-investiment soċjali u ambjentali.

Intant, waqt din il-laqgħa, il-President ta-Istitut Mark Bugeja flimkien mal-Kap Eżekuttiv Maria Cauchi Delia, preżentaw diversi inizjattivi li qed jaħdmu dwarhom; fosthom dwar kompetitività sostenibli.

ritratt: Catriel Farrugia
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg wiegħed li laqgħat bħal dawn se jibqgħu issiru b’mod regolari hekk kif il-Partit Nazzjonalista huwa impenjat li jkompli jisma’ u jiddiskuti mal-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet kollha.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap tas-Segretarjat tal-Kap tal-PN, Damien Spiteri.

ritratt: Catriel Farrugia