Sport

Napoli b’punti massimi

Napoli      3           Pisa   2

Ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Napoli ġabet fi tmiem ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat fejn Napoli baqgħu l-uniku tim b’punti massimi.

Partita fi Stadio Diego Armando Maradona, li mmaturat matul it-tieni taqsima fejn Pisa b’xi mod dejjem wettqu reazzjoni. Fid-39 minuta Napoli marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Leonardo Spinazzjola kien BILLY GILMOUR li għeleb lil Adrian Semper għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fis-60 minuta Pisa kisbu l-gowl tad-draw. Sam Beukema deher li miss il-ballun b’idu fil-kaxxa, b’Valerio Crezzini saffar penalty. Tah M’BALA NZOLA li għeleb lil Alex Meret.

Reazzjoni immedjata minn Napoli li fit-73 minuta mill-ġdid fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Stanislav Lobotka kien LEONARDO SPINAZZOLA li għeleb lil Semper 2 – 1. Napoli kabbru l-iskor fit-82 minuta meta minn azzjoni ta’ Scott McTominay kien LORENZO LUCCA li għamel l-iskor 3 – 1. Fid-90 minuta Pisa naqqsu l-iskor permezz ta’ LORRAN minn azzjoni ta’ Samuele Angori għall-iskor finali ta’ 3 – 2