Marsaxlokk ………………………… 0
Ħamrun S. …………………………. 2
Marsaxlokk: C.Mafoumbi, W.Soares, N.Muscat, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, T.Caruana, J.Minala, L.Aguirre, R.Mihana, A.Ayom
Ħamrun S.: H.Bonello, R.Petrillo, N.Micallef, D.Letherby, M.Thioune, J.Mbong, N.Koffi, E.Bruno. O.Bjelicic, D.Simkus, E.Marcelina
Referee: I.Barbara
Assistenti Referees: J.Muscat, M.Muscat
Fit-Tony Bezzina Stadium rebħa importanti għal Ħamrun Spartans fuq Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-0. Rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima bl-ewwel taqsima tintemm f’bilanċ u mingħajr gowls.
Iż-żewġ timijiet għafsu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima b’Ħamrun Spartans imorru fil-vantaġġ fl-84 minuta meta kien Mouad El Fanis li sab ix-xibka għal 1-0.
Fl-aħħar mumenti tal-partita Ħamrun għamluhom tnejn meta ingħataw penalty kontroversjali għal foul tal-goalkeeper. Mill-ħdax-il metru N’Dri Koffi ma żbaljax għal 2-0.
//= $special ?>