Raġel ta’ 42 sena, residenti Birkirkara, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-mutur tiegħu tal-għamlu Honda ma karozza Renault Megane.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, fi Triq Bella Vista, San Ġwann.
Minnufih il-pulzija ġew infurmati u marru fuq il-post. Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel li kien qed isuq ir-Renault fil-ħin tal-inċident, imma li
allegatament telaq minn fuq il-post.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta mal-inċident.
//= $special ?>