Lokali Parlament

950 nisa marru f’żewġ ċentri tad-Domestic Violence Hub din is-sena

Fid-Domestic Violence (DV) Hub tal-Foriana u f’dak ta’ Santa Luċija marru din is-sena total ta’ 950 mara.

Kien hemm 506 persuna li marru d-Domestic Violence (DV) Hub ta’ Santa Luċija. Dawn marru bejn l-1 ta’ Jannar u s-7 ta’ Settembru 2025. Fl-istess perjodu marru 444 oħra fid-Domestic Violence (DV) Hub tal-Floriana.

Jirriżulta wkoll li bejn l-1 ta Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm total ta’ 995 persuna li marru d-Domestic Violence Hub ta’ Santa Luċija.

Din l-attendenza ta’ nisa li marru f’dawn il-hubs ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Jirriżulta wkoll li s-sena li għaddiet bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm 784 persuna li marru d-Domestic Violence Hub il-Floriana, u din is-sena sas-7 ta’ Settembru 2025, kien hemm 444 persuna li marru fl-istess hub.