L-aġenziji barranin ta’ public relations (PR) f’Londra u f’Los Angeles tħallsu aktar minn €87,00 biex jintgħażlu persuni biex jiġu mistiedna sabiex jattendu l-Malta Film Festival.
Jirriżulta minn informazjoni li ta fil-Parlament il-Ministru Owen Bonnici, li l-aġenzija Margaret London tħallset £37,270, filwaqt li PR Dept., ibbażata fl-Istati Uniti, tħallset €49,764.80. Iż-żewġ aġenziji, rinomati fil-qasam tal-industrija tal-film, ġew kuntrattati għall-Mediterrane Film Festival biex iwettqu kampanja estensiva ta’ komunikazzjoni u PR, inkluż l-involviment ta’ talent, media outreach u ħidma ma’ msieħba tal-industrija.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali kien qed iwieġeb mistoqsija perlamentati tad-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra.
//= $special ?>