Lokali Mużika

Alice f’dal-pajjiż tal-meravilji

Il-Pantomima tal-Milied bil-Malti għal darb'oħra f'Dar il-Mediterran

Wara li bħal daż-żmien sena l-Kumpanija Teatru Rjal – wara snin twal ta’ rappreżentazzjonijiet fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana – kienet se tagħmel “il-pass li jmiss” u għall-ewwel darba l-Pantomima tal-Milied toħroġ mill-Istitut Kattoliku u tittrasferixxi ruħha għat-teatru prestiġjuż ta’ Dar il-Mediterran fil-Belt, din is-sena se tkun Alice li se tagħti tant gost flimkien f’dal-pajjiż tal-meravilja!

Dan kien pass kuraġġuż u storiku mhux biss għall-Kumpanija Teatru Rjal, iżda wkoll għall-istess Dar il-Mediterran, għax dan it-teatru kien qiegħed jospita fih spettaklu teatrali fil-ġeneru tal-Pantomima tal-Milied għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.

L-esperiment irnexxa u anki iktar minn dak li kien mistenni. Il-pubbliku kkonkorra bi ħġaru u r-rispons tal-udjenza dakinhar għamelna kuraġġ kbir, u kien deċiż li din is-sena jlun hemm aktar ambizjoniu innovazzjoni. Dan filwaqt li se tkun rispettata t-tradizzjoni u l-użanzi tal-pantomima, jiġifieri spettaklu adattat għal kull membru tal-familja, mill-kbir saż-żgħir.

Il-pantomima tal-Milied ta’ din is-sena se tittella’ għal sitt darbiet f’Malta dejjem f’Dar Il-Mediterran il-Belt nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru fis-2.30pm u 7.30pm; is-Sibt 27 ta’ Diċembru fis-7.30pm; il-Ħadd 28 ta’ Diċembru fl-4pm; it-Tnejn 29 ta’ Diċembru fis-7pm; u s-Sibt 3 ta’ Jannar 2026 fis-7.30pm

Nistgħu minn issa niggarantixxu lil dawk kollha li jogħġobhom jattendu li waqt li se jassistu għal pantomima li żżomm it-tradizzjoni ta’ attività teatrali adattata għall-familja kollha, se jkunu qed jassistu wkoll għal produzzjoni ta’ livell għoli f’dak li hu skript, dwal, kostumi, xenografija, kant, żfin u korjografija professjonali bl-aqwa elementi tal-mument fil-qasam tal-ispettaklu lokali.

Fost dawn nistgħu nsemmu xi innovitajiet, bħal Marvic, segwit ħafna waqt Big Brother u issa se jsib ruħu fuq il-palk tal-pantomima. Insemmu wkoll lil Danita, magħrufa bħala onechicandayorkiet li mill-battuti ħelwin tagħha fuq il-midja soċjali issa se tnissel tbissima aktar mill-viċin lill-pubbliku minn fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran.

Bħala kantanti u atturi dis-sena nsibu għat-tmien sena konsekuttiva lil Rodney Camilleri Gauci bħala d-Dama, Lee-N, Petra, Leah Mifsud, Mariah Mangion, Luca Pardo, Joseph Fenech, Matteo Testa, Beppe Mauro u Moses Galea.

Se jkun hemm ukoll ir-ritorn ta’ Ina Robinich u Alexia Micallef filwaqt li nilqgħu għall-ewwel darba fil-Pantomima lill-kantant u attur popolari  Ozzy Lino u lill-kantanta, attriċi u kompożitriċi Sarah Muscat Micallef.

Id-direzzjoni hi f’idejn Bryan Muscat. Koreografija ta’ Kinetic Dance Studio; arranġamenti mużikali f’idejn il-Band Leader Conrad Briffa; Kostumista u ħajjat Noel Zarb u Ernest Camilleri, Makeup by Varena u Produzzjoni Artistika f’idejn Pawlu Testa f’isem il-kumpanija Teatru Rjal.

Il-booking diġà jinsab miftuħ minn fuq ktrmalta.com jew permezz tat-telefon numru 99476468.