Lokali

Anzjana ta’ 81 sena feruta gravi wara inċident f’Għawdex

Illum, għall-ħabta tat-8am, il-Pulizija kienet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Marsalforn, fiż-Żebbuġ Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li anzjan ta’ 82 sena residenti Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll ta’ vettura tal-għamla Toyota u kellu impatt ma’ ħajt.

Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 81 sena minn Santa Venera.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fil-post u ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.