It-Tifun Ragasa ġab miegħu kaos fit-Tajwan u fic-Cina, bil-maltemp diġa’ ħalla mal-15 il-persuna mejta.
Kaġun ta’ dan ir-riħ qawwi u x-xita, l-awtoritajiet Cinizi kellhom jevakwaw maż-żewġ miljun persuna.
Il-maltempata waslet fuq ir-reġjun ta’ Yangjiang għall-ħabta tal-10am, ħin ta’ Malta. U r-riħ beda jkejjel saħħa ta’ 144 kilometru fis-siegħa.
It-tifun ġab miegħu għargħar f’diversi zoni tat-Tajwan – fenomenu li l-esperti qed isejħulu “tsunami mill-muntanji”. U apparti l-vittmi, hemm ukoll bosta li għadhom rappurtati nieqsa. Bil-Prim Ministru tat-Tajwan jordna inkjesta sabiex jiġi investigat ir-rispons minn naħa tal-awtoritajiet.
//= $special ?>