“Dan hu l-mument biex Malta tagħna tibqa’ Maltija.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-PN Alex Borg fuq il-midja soċjali. Liema messaġġ jindirizza il-problema kbira tar-rata ta’ twelid baxxa fost il-Maltin.
Alex Borg beda billi staqsa jekk “Malta ta’ għada – hux se jkollha biżżejjed tfal Maltin biex Malta tibqa’ Maltija.
Bil-Kap tal-PN jispjega li r-rata ta’ kemm qed ikollhom tfal il-Maltin, issa, qed tinkwieta lil Clyde Caruana u Ramona Attard – minkejja l-fatt li Gvern Laburista fuq medda ta’ snin poġġa lil tal-qalba qabel il-familji Maltin u Għawdxin. B’Alex Borg jappella lill-Gvern sabiex jimplimenta l-miżuri varji li ressaq il-PN fl-aħħar snin.
Alex Borg semma’ kif il-pajjiż għandu jgħin iż-żgħażagħ jixtru dar u fl-istess ħin ikollhom it-tfal – xi ħaġa li sfortunatament ħafna qed isibuha bi tqila.
Hu tenna, li mbgħad jekk il-koppji żgħar jiddeċiedu li jieħdu dan il-pass li jibnu familja, ix-xogħol joħnoqhom biex ilaħħqu mal-loan, mal-għoli tal-ħajja u l-ħafna spejjeż li jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.
U b’hekk qed issir dejjem aktar diffiċli sabiex wieħed ikun jista’ filfatt ikollu iktar tfal.
Sitwazzjoni li PN fil-Gvern tkun ta’ prijorità, sabiex fi ftit snin oħrajn is-sitwazzjoni ma tkunx dik ta’ iktar barranin milli Maltin, f’Malta stess.
//= $special ?>