Lokali

Id-direttivi fil-bank HSBC ġew sospiżi temporanjament

Id-direttiva ta’ sit-down strajk li nħarġet wara li t-tmexxija tal-HSBC naqset milli tidħol f’diskussjonijiet mal-union dwar it-trasferiment tal-bank lill-kumpanija CrediaBank, ġiet temporanjament sospiża

Il-ħaddiema kienu ġew ordnati jillogjaw barra mis-sistemi tal-bank, u ma jwieġbu ebda tip ta’ komunikazzjoni.

Intant, jidher li l-kwistjoni kollha hija dwar kumpens li huwa dovut lill-ħaddiema ta’ dan il-bank. B’sorsi jindikaw li skont il-ftehim kollettiv, f’benefiċċji, l-impjegati tal-HSBC għandhom jieħdu bejn €50m u €60m.

Madanakollu ġie kkonfermat li l-azzjoni industrijali ġiet sospiża b’mod temporanju wara li l-Unjin tal-bankiera ser tkun qed tidħol f’diskussjonijiet mal-operaturi tal-kumpanija HSBC – u għalekk s’issa ġie deċiż li sakemm ikun hemm dawn in-negozjati, id-direttivi rispettivi jiġu sospiżi.