Sport

Il-Malta Veterans Football Association tiftaħ l-istaġun bid-David Cluett Memorial Cup

Il-Malta Veterans Football Association se tkun qed tiftaħ l-istaġun il-ġdid bid-David Cluett Memorial Cup. Fil-fatt ilbieraħ telgħu l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni li fiha se jipparteċipaw tmien timijiet.

Il-holders Rabat Veterans jilagħbu kontra St Andrew’s filwaqt li ċ-champions tal-istaġun li għadda Gżira United, jaffaċċjaw lil MFPA.

F’aktar konfronti, Żurrieq Wolves jilagħbu kontra Birkirkara St Helen’s filwaqt li l-konfront bejn Floriana u Hibernians għandu jkun wieħed ferm interessanti.

Il-partiti se jintlagħbu bejn it-8 u d-9 ta’ Ottubru fil-grawnd ta’ Dorotej, f’Ħaż-Żebbuġ, u l-Mediterranean College of Sports Ground, f’Birkirkara.

Din se tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ dan it-turnew li jfakkar il-memorja tal-eks goalkeeper internazzjonali Malti David Cluett.