Futbol Sport

Illejla tiġi fit-tmiemha match day 6 tal-Malta Premier, bl-aħħar erba’ partiti

Partitarji ta' Floriana qabel waħda mil-partiti tal-Malta Premier dan l-istaġun. Illum Floriana jaffrontaw lil Żabbar St Patrick, u b'rebħa jerġgħu jitilgħu fit-tieni post tal-Malta Premier.
Partitarji ta' Floriana qabel waħda mil-partiti tal-Malta Premier dan l-istaġun. Illum Floriana jaffrontaw lil Żabbar St Patrick, u b'rebħa jerġgħu jitilgħu fit-tieni post tal-Malta Premier.

Illum jintlagħbu l-aħħar erba’ partiti minn match day 6, fejn fost l-oħrajn jispikka d-derby tax-Xatt bejn Sliema Wanderers FC u Gzira United Football Club.

Mill-bqija tal-partiti li għadna skedati għal-lum, Floriana FC jistgħu jerġgħu jiksbu posthom fit-tieni post tal-klassifika, kemm il-darba jegħlbu l-isfida Żabbar St. Patrick Football Club.

Valletta Football Club qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ u jżommu t-tielet post fil-klassifika, flimkien ma’ Hamrun Spartans Football Club meta jilagħbu kontra Mosta FC. Dawn tal-aħħar ilhom tliet partiti konsekuttivi mingħajr rebħa.

L-iskwadra ta’ Gianluca Festa, Birkirkara F.C. illum tilgħab kontra Naxxar Lions FC, bl-objettiv li jżommu l-momentum pożittiv tagħhom wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom, kisbu l-ewwel rebħa tal-Malta Premier kontra Mosta FC.