“Għadna ma wasalniex għal waqfien mill-ġlied minħabba li r-Russja qed tirrifjuta”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-President Ukren Volodomyr Zelensky, waqt l-indirizz tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Bl-appell ikun li d-dinja għandha twaqqaf lil Putin.
Fid-diskors tiegħu, Zelensky qal li l-Ewropa għandha issalva l-Moldova mill-influwenza Russa.
Fl-istess waqt, semma’ kif ir-Russja qed tkun theddida fuq il-Polonja u l-Estonja.
Fuq kollox, din kienet okkażjoni li matulha l-President Ukren wassal appell imqanqal lill-mexxeja tad-dinja – biex ma jibqgħux siekta quddiem din il-gwerra imdemmija.
Lejliet dan id-diskors fi New York minn naħa ta’ Zelensky, il-President Amerikan iddikjara li l-Ukrajna kapaċi tieħu lura t-territorji okkupati mir-Russi.
Bil-Kremlin jirribatti mal-ewwel, u jgħid li din hija dikjarazjoni għal kollox żbaljata.
Intant, fin-Nazzjonijiet Uniti tkellem ukoll ir-Re ta’ Spanja li kkundanna l-attroċitajiet li għaddejin f’Gaza. Filwaqt li appella għall-bżonn ta’ paċi dejjiema fir-reġjun.
//= $special ?>