Il-kantanta Dua Lipa spiċċat f’nofs kontroversja minħabba wieħed mill-aġenti tagħha. Dan hekk kif kien hemm rapporti li keċċietu għaliex kien qed jappoġja l-gwerra ta’ Iżrael f’Gaza.
Dua Lipa kellha twieġeb għal dawn l-akkużi permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn qalet li r-rapporti huma sempliċiment gideb.
Hi qalet ukoll li l-gazzetti qed jużaw traġedja ta’ gwerra biex iżidu l-bejgħ tagħhom, billi joħolqu stejjer ivvintati.
//= $special ?>

