Lokali

L-APAN tfakkar Jum l-Anzjani

L-Assoċjazzjoni Pensjonanti, Anzjani Partit Nazzjonalista (APAN) se tfakkar Jum l-Anzjani, fl-1 ta’ Ottubru, 2025, bi programm speċjali, li jagħlaq is-Sibt 4 ta’ Ottubu b’rally indirizzat mill-Kap tal-PN Alex Borg.

L-attivitajiet jibdew l-Erbgħa, l-1 ta’ Ottubru fl-10am fid-Dar Ċentrali PN, b’taħdita mit-tabib Josie Muscat dwar l-ewtanasja.

L-għada l-Ħamis, 2 ta’ Ottubru, il-President u l-ufficjali tal-APAN iżuru Dar tal-Anzjani u wara żjarat lil personalitajiet distinti li għamlu isem lil Malta u lill-Partit Nazzjonalista.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru, il-President u l-uffiċjali tal-APAN jagħmlu żjara lill-Caritas Malta fl-10am u fis-7pm jkun hemm laqgħa ta’ informazzjoni fil-Każin Partit Nazzjonalista, tal-Mellieħa.

Ir-rally jsir is-Sibt 4 ta’ Ottubru u jiftaħ b’quddiesa fid-9am u wara intervall. Wara intervall mużikali jsiru diskorsi minn Charles Bonello, Segretarju Ġenerali; Alex Perici Calascione, Viċi Kap tal-PN u jagħlaq ir-rally l-Kap tal-PN Alex Borg.

 Il-progrmm ta’ attivitajiet jagħlaq b’riċeviment.