Iċ-Ċina evakwat iżjed minn żewġ miljun ruħ mill-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Guangdong, fin-naħa t’isfel taċ-Ċina.
Dan hekk kif is-‘Super’ tifun Ragasa mistenni jolqot bis-saħħa bosta provinċji b’xita kbira li qed tkompli tgħarraq dawn l-akwati. Fost riħ kbir li anke qed jikkawża ammont ta’ trombi.
S’issa l-awtoritajiet Ċiniżi kkonfermaw li s’issa nqatlu mill-inqas 14-il persuna, b’aktar minn 50 persuna mfittxija.
Apparti n-naħa t’isfel taċ-Ċina, dan it-tifun s’issa laqgħat ukoll partijiet kbar minn Hong Kong, it-Tajwan u anke l-Filippini.
//= $special ?>