Kunsilli Lokali Local Parlament

Sindki u Kunsilliera fil-Ministeru ta’ Silvio Schembri fi tmien lokalitajiet

Huma tmienja l-lokailitajiet li fihom hemm persuni li jaħdmu fil-Ministeru u f’entitajiet li hu responsabbli tagħhom il-Ministru Silvio Schembri u li fl-aħħar elezzonijiet lokali kienu eletti bħala Sindki u Kunsilliera.

Il-persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Silvio Schembri, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, kienu eletti fil-lokalitajiet tar-Rabat, San Pawl il-Baħar, Ħal Qormi, il-Marsa, Birkirkara, is-Siġġiewi, Santa Venera u Ħal Luqa.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Schembri stess għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.