Lokali

Sitt rotot ġodda minn Ryanair

Il-linja tal-ajru Ryanair żiedet sitt rotot ġodda mal-iskeda tax-xitwa ta’ Malta. Ir-rotot il-ġodda jinkludu Glasgow, Norwich u Newcastle fir-Renju Unit; Gothenburg fl-Iżvezja; il-Lussemburgu u Palma fil-gżira Spanjola ta’ Mallorca.

Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv Michael O’Leary. Dan se jwassal in-numru totali ta’ rotot lejn u minn Malta għal 57. Se jkun hemm ukoll żieda fil-frekwenzi fuq 20 rotta oħra, inklużi Milan, Porto, Bukarest u Londra.

O’Leary qal ukoll li Ryanair qed taħdem biex tidħol ukoll fis-suq tax-xitwa.