Wara li l-bieraħ intemmet match day 6 tal-Malta Premier, issa ninsabu f’nofs triq qabel ma nkunu nafu min se jkunu dawk it-timijiet li se jilgħabu mal-ewwel sitta u mal-aħħar sitta tal-Opening Round, fit-tieni fażi ta’ dan l-ewwel rawnd minn tnejn. Permezz ta’ dan l-artiklu riċerkat, Christian Micallef jiġbor punti ta’ interess u kurżitajiet, dwar il-Malta Premier s’issa wara l-ewwel sitt match days.
S’issa kelna 36 partita mil-bidu tal-Malta Premier u b’kollox kelna total ta’ 91 gowl skorjat.
Bħala medja, l-ammont ta’ gowls skorjati f’kull partita kien ta’ 2.53. 45% ta’ dawn il-gowls kienu skorjati fl-ewwel taqsima u 55% waslu fit-tieni nofs tal-logħba.
Bl-ammont ta’ gowls irreġistrati s’issa, bħala medja kelna gowl skorjat kull 35 minuta.
Mis-36 partita li kelna, f’sitt match days differenti tal-Malta Premier, kien hemm 19-il darba fejn tim tem mil-logħba mingħajr ma sofra gowl.
Dan ifisser li l-perċentwal attwali li f’partita ż-żewġ timijiet rispettivi, jirnexxilhom jiskorjaw tal-anqas gowl kull wieħed, hu ta’ 56%.
L-aktar skor komuni li kelna s’issa kien dak ta’ 1-1, bit-tieni l-aktar riżultat frekwenti, fit-tmiem ta’ partita, kien dak ta’ 2-0.
Ix-xejra, dejjem skont ir-riżultati li kelna s’issa f’dawn l-ewwel 36 partita, hi li f’kull partita jkolna total ta’ żewġ gowls skorjati.
Il-klassifika attwali tal-Malta Premier wara li kull tim lagħab sitt partiti mil-bidu tal-Kampjonat.
F’dawn l-ewwel 36 partita tal-Malta Premier, lagħbu total ta’ 283 differenti.
F’kull partita, l-ammont medju ta’ xuttijiet lejn il-lasta avversarja, meta tiġbor taż-żewġ timijiet rispettivi f’daqqa, l-ammont sħiħ jammonta għal ftit inqas minn 16-il xutt f’kull logħba.
Birkirkara u Ħamrun Spartans irreġistraw erba’ clean sheets, iġifieri ma soffrew ebda gowl f’partita, f’dawn l-ewel sitt logħbiet tal-Malta Premier.
Tarxien Rainbows, Naxxar Lions u Żabbar St Patrick huma l-uniċi tliet timijiet mit-12 tal-Malta Premier, li għadhom iridu jirreġistraw l-ewwel clean sheets tagħhom tal-istaġun.
Il-gowlkipers Miguel Angel Martinez ta’ Birkirkara u Henry Bonello ta’ Ħamrun Spartans, huma l-aktar tnejn li rrnexxilhom jilgħabu 90 minuta sħaħ bejn il-lasta, mingħajr ma jkunu megħluba. L-unika differenza bejn it-tnejn hi li l-Ispanjol ta’ Birkirkara lagħb is-sitt partiti kollha tal-Kampjonat, filwaqt li Bonello lagħab ħamsa minn sitt partiti ta’ Ħamrun Spartans.
Bil-kontra, l-aktar tim li fl-ewwel sitt partiti tal-Malta Premier, kellu drabi fejn ma rrnexxilux jiskorja f’partita, huma Gżira United. Dawn id-drabi jammontaw għal erba’ partiti li matulhom, it-tim taħt il-gwida teknika ta’ Clive Mizzi, naqqset milli ssib il-lasta tul id-90 minuta sħaħ ta’ logħba.
Hibernians huma l-uniċi, mit-12-il tim tal-Malta Premier, li skorjaw f’kull logħba.
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.