Lokali

‘Crux’ se jibda jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fuq Net TV

L-Erbgħa fit-8:30pm fuq Net TV

Il-verità. Hija dik li kull persuna jrid jisma’ u din tintlaħaq permezz ta’ domandi biex naraw il-fatti kif inhuma. Crux se jkun qiegħed jaffronta l-aħbar b’mod dirett mingħajr ebda kantunieri.

B’xandira kull nhar ta’ Erbgħa fit-20:30 ta’ filgħaxija fuq Net Television, il-programm se jkun qiegħed jitratta intervisti mal-protagonisti tal-istejjer u temi kurrenti minn kull ġeneru – b’domandi li jsiru mingħajr biża’ u xkiel – b’aġenda waħda; dik tal-verità u l-interess ta’ dawk li jsegwu minn djarhom.

Ippreżentat mill-ġurnalist Francesco Catania, Crux se jkun magħmul minn konverżazzjonijiet mingħajr ebda bias, b’domandi diretti, ikun min ikun li jpoġġi mal-mejda.

L-intervista sħiħa se tkun qed tixxandar ukoll b’verżjoni sħiħa fuq il-midja soċjali ta’ Net – kif ukoll fuq Spotify. Dan bil-għan li l-udjenza tingħata ċ-ċans issegwi l-intervista bi sħiħ, fl-intier tagħha.

Dirett. Onest. Mingħajr kantunieri.

Il-Crux tal-ġrajjiet, kull nhar t’Erbgħa fit-20:30 ta’ filgħaxija.