Lokali Parlament

Ebda pjan għal skola primarja ġdida fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar

M’hemmx pjanijiet sabiex tinbena skola primarja ġdida fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra).

Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet lill-Ministru jgħid li peress li jidher li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra), jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistent.