Ir-riżultati tal-eżamijiet tal-MATSEC li saru f’Settembru għadhom kif bdew joħorġu ftit tal-minuti ilu.
Dan għadu kemm ġie mħabbar permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tal-MATSEC stess.
Nawguraw lil dawk l-istudenti kollha li bħalissa qegħdin jistennew ir-riżultati.
Ir-riżultati jintbagħtu b’SMS illum u minn għada jibdew jaslu bil-posta.




 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		