Il-President veteran tal-Palestina, Mahmud Abbas ta’ 89 sena indirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod virtwali, tlett ijiem wara li Franza u numru ta’ pajjiżi tal-Punent rrikonoxxew l-istat Palestinjan.
L-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump ċaħdet il-visa lil Mahmoud Abbas u projbixxiet lid-delegazzjoni tiegħu milli jivvjaġġaw lejn New York għal-laqgħa annwali tal-mexxejja tad-dinja.
Iżda l-Assemblea Ġenerali vvutat b’maġġoranza kbira biex jippermettu lil Abbas jindirizza lid-dinja permezz ta’ messaġġ b’vidjo.
//= $special ?>