Aktar minn 1,000 tifel u tifla spiċċaw morda mill-ikel li ngħata b’xejn fl-iskejjel fl-Indoneżja aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-Kap tal-Community Centre qal li n-numru ta’ vittmi li ġew irraportati li għandhom food poisining minn nhar it-Tnejn sa l-Erbgħa laħaq l-ammont ta’ 1,171. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra kien hemm 800 student li kellhom food poisining.
Il-President Prabowo kien wiegħed li permezz ta’ programm apposta, joffri ikla lil 80 miljun tifel u tifla fl-iskejjel. U issa, diversi organizzazzjonijiet volontarji sejħu lill-awtoritajiet biex dan il-programm jiġi sospiż.
//= $special ?>