Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici ħa sehem f’intervista ma’ Ricky Caruana fejn matulha ġie diskuss il-każ tal-mewt ta’ Mirabelle Falzon – it-tfajla li tilfet ħajjitha meta ntlaqtet minn ġebel li waqa’ fiz-zona tal-Munxar, fil-limiti tal-bajja ta’ San Tumas.
Waqt din l-intervista, il-Ministru qal li mir-rapport tal-inkjesta ħareġ li l-problema ewlenija tal-Munxar mhix il-batterija nnifisha; iżda l-fatt li l-baħar qed jiekol l-irdum ta’ taħt il-batterija.
Iżda l-Gvern, minflok indirizza l-problema, kompla jġib l-iskużi. B’Owen Bonnici jgħid li l-batterija ma tistax titneħħa għax hija wirt storiku. U semma li hemm ukoll l-għażla li jinstabu soluzzjonijiet biex l-irdum jiġi salvat… iżda qal li “dan il-proċess jiswa’ ħafna flus”.
Il-Ministru Bonnici spiċċa qal li z-zona issa ngħalqet. Iżda dan sar meta kien tard wisq.
Huwa tenna li l-Qorti semmiet li għandu jkun hemm entità waħda li tirċievi r-rapporti tan-nies sabiex tittieħed azzjoni aktar malajr. U b’reazzjoni għal dan, kien hemm baraxx ta’ kummenti ta’ kritika min-nies – fosthom mill-attivista Conrad Neil Gatt.
Hu esprima l-frustrazzjoni tiegħu għal dak li stqarr Owen Bonnici f’din l-intervista u saħaq li qed tibqa’ tinġieb l-iskuża tal-ispejjeż…
“Ara għall-konsulenzi, jobs li ma jsirux u ħniżrijiet oħrajn, dejjem issibu flus enerġija u riżorsi”, qal Gatt fil-messaġġ li ħalla.
Hu saqsa min se jġorr responsabbiltà għal din it-traġedja. U fakkar li l-azzjoni ttieħdet biss wara li tfajla tilfet ħajjitha – għaliex l-awtoritajiet kienu ilhom 7 snin jafu bil-periklu, u ma għamlu xejn.
//= $special ?>