L-Erbgħa filgħaxija, il-gżira Għawdxija u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta ntlaqtu minn dik li nistgħu nqisuha bħala l-ewwel maltempata tal-ħarifa.
Diversi paġni tat-temp fuq il-midja soċjali, indikaw kif f’xi lokalitajiet f’Għawdex ġie mkejjel li għamlet madwar 70mm ta’ xita. Bil-maltemp jolqot diversi zoni b’xita qawwija li niżlet f’ħin qasir.
U b’mod partikolari l-lokalità tax-Xlendi ġiet milquta b’ammont sostanzjali ta’ xita, fejn diversi karozzi spiċċaw inġarru mal-wied.
Bosta individwi fuq il-midja soċjali xerrdu filmati ta’ karozzi jinġarru mill-ilmijiet, u toroq miksija bl-ilma tax-xita.
Il-maltemp matul din il-ġimgħa kien ġie mbassar, iżda wasal ftit jiem qabel dak previst; bix-xita tkun aktar qawwija.
Nistgħu ngħidu li din kienet l-ewwel xita tal-istaġun wara li s-sajf wasal fi tmiemu. Maltempata bis-sajjetti li wasslet fl-ewwel jum li t-tfal għamlu r-ritorn tagħhom fl-iskejjel.
//= $special ?>