Raġel ta’ 70 sena residenti San Ġiljan, il-Ħamis għal xis-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn mutur, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-anzjan ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.