Fil-belt ta’ Noto fi Sqallija, li hija belt rikonoxxuta mill-UNESCO, se jsir spettaklu li fih se jindaqqu diversi kanzunetti Maltin. Dan se jsir nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru fil-11am fil-qalba tal-famuż ċentru storiku.
F’din l-okkażjoni ta’ din is-sena se jiġu ċċelebrati l-kultura u rabtiet kulturali bejn Malta u Sqallija, it-tnejn gżejjer tal-Mediterran. Għalhekk il-protagonisti tas-serata, direttament minn Malta giet mistiedna biex tirrappreżenta lil pajjizna l-BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK A.D. 2008 – l-ewwel banda nazzjonali Maltija Guggen. Hija se tirregala spettaklu ta’ mużika allegra li tinvolvi lill-pubbliku preżenti.
Din il-band hija magħrufa għall-prestazzjonijiet enerġetici u ferrieħa li taf toffri lil kull min ikun lest għal gig divertenti f’din il-belt sabiħa ta’ Noto. Din il-banda Maltija f’Noto mhux biss se ddoqq VIVA MALTA u Xemx, imma wkoll diversi arranġamenti ta’ mużika Maltija.
Il-Big Friends Guggen Musik se tibda parata minn Porta Reale fejn wara jsir programm mużikali fil-pjazza prinċipali f’atmosfera ħajja, fidila u glorjużata ta’ epoka barokka fejn wieħed ikun jista’ jgawdi eleganza fina barokka.
Għal din il-banda din hija l-20 safra li l-banda se tkun fl-irwol ta’ ambaxxatriċi mużikali ta’ pajjiżna wara suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade fil-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen (Gruga Halle); fil-Munster (il-Halle Munsterland) u f Kolon (fil-Lanxess Arena) kif ukoll `Tour Culturale e Musicicale tra le Isolè li kien mifrux ma’ sitt gżejjer Lipari, Salina,Panarea, tromboli,Vulcano u Filicudi li dawn jiffurmaw il-gżejjer Eoljani
Il-Big Friends Guggen Musik marret ukoll Dubaj għal ħames darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fejn hemm daqqet kull darba fis-seba’ emirati; fil-Greċja fis-sena 2009; fit-Tuneżija fis-sena 2014 u 2015 u 2024 u fi Sqalija għal disa’ darbiet ohra.
ll-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M. fejn prepara l-mużiċisti tal- banda b’ill għamel b’diversi arranġamenti mużikali kif ukoll kunċerti għal din l-okkażjoni. Il-Banda għandha wkoll skola mużikali.
Aktar informazzjoni fuq face book – big friends guggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008.
//= $special ?>