Il-Maġistrat Monica Vella ikkundannat lil Ismail Farouk, ta’ 36 sena miż-Żimbabwe, għal xahar ħabs wara li ammetta li kien qed jgħix ħajja ta’ għażż u vagabondagg, li ma jfittix xogħol u li kien jimolesta lin-nies fit-toroq ta’ Marsa biex jitlob il-karità. Huwa nstab ukoll li kiser regolamenti dwar l-użu tat-toroq.
Farouk wieġeb ħati mill-ewwel quddiem il-Qorti u ammetta li l-akkużi kollha li tressqu kontrih. Il-Qorti rrimarkat li għalkemm ammissjoni bikrija tista’ tittieħed in konsiderazzjoni, din ma tfissirx li l-imputat għandu jirċievi skont awtomatiku fil-piena.
Fil-kummenti tagħha, il-Qorti osservat li persuni bħal Farouk għandhom bżonn l-għajnuna sabiex joħorġu minn sitwazzjonijiet ta’ vagabondagg u ħajja fit-triq, u li l-pieni karċerarji mhux dejjem jindirizzaw dawn il-problemi soċjali.
Madankollu, il-liġi kif inhi bħalissa ma tippermettix li persuni bħal Farouk jitqiegħdu taħt ordni ta’ superviżjoni jekk il-piena tkun inqas minn sitt xhur. Għalhekk, il-Qorti ordnat li din is-sentenza tiġi notifikata lill-Ministru tal-Ġustizzja u lill-Kummissarju tal-Liġijiet sabiex tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati dawn iċ-ċirkostanzi.
Il-Qorti spjegat bis-sħiħ is-sentenza lill-imputat u ordnat li kopja tagħha tkun ippubblikata minnufih fuq is-sistema diġitali tal-Qrati. L-Ispetturi Gabria Gatt u Matthew Attard mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>