Lokali Parlament

11-il impjegat fil-Ministeru ta’ Byron Camilleri sospiżi u qed jirċievu paga mnaqqsa minħabba każijiet kriminali pendenti

Hemm 11-il impjegat fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol li jinsabu sospiżi, u qegħdin jirċievu 80% tal-paga tagħhom minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.

Dam ikkonfermah Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; fi tweġiba li ta għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.

Jirriżulta wkoll li hemm impjegat sospiż fil-Ministeru jew fid-dekasteri ta’ Miriam Dalli, responsabbli mill-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; li qed jirċievi 80% tal-paga minħabba każ kriminali pendenti fil-Qorti kontrih.