Sport

Aktar logħob tal-Coppa Italia

F’ġurnatra oħra tal-Coppa Italia rreġistraw rebħiet Genou u Torino.

Fi Stadio Luigi Ferraris :

Genoa 3    Empoli   1

Fit-12 il-minuta kontra x-xejra tal-logħob EDOARDO SAPORITI minn freekick għeleb lil Nicola Leali sabiex poġġa lil Empoli fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata minn Genoa li fil-15-il minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Lorenzo Colombo kien MARTEN FREDRUP li għeleb lil Samuele Perisan. 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fil-56 minuta Genoa fil-vantaġġ permezz ta’ ALESSANDRO MARCANDALLI minn azzjoni ta’ Lorenzo Venturino. Fit-83 minuta Genoa għalqu l-partita bit-tielet gowl skorjat minn JEFF EKHATOR minn pass ta’ Morten Thorsby.

Fi Stadio Olimpico Grande Torino :

Torino      1         Pisa   0

Wara biss 9 minuti, Torino marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Cyril Ngonge lejn CESARE CASADEI li għeleb lil Simone Scuffet għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess fejn minkejja li kibret il-pressjoni minn Pisa li fit-62 minuta kellhom lil Juan Quadrado mkecci b’karta ħamra diretta.