Iċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel m’għandu s’issa l-ebda behavioural therapist minkejja li dan huwa servizz kruċjali għal dan il-post.
Il-Ministru Clifton Griima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, qal fil-Parlament li hu infurmat li ser toħroġ sejħa għall-applikazzjoni bħala parti mir-riforma fil-kurrikulum. Sadanittant, f’kazijiet ta’ diffikultà fl-imġiba tal-istudenti, l-iskola ssejjaħ psikologi mill-School Psychological Services sabiex jassistu fejn ikun hemm bżonn.
Il-mistoqsija parlamentai saret mid-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini li staqsa lll-Ministru Grima jgħid għaliex iċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel m’għandu l-ebda behavioural therapist minkejja li dan huwa servizz kruċjali għal dan il-post u jekk hemmx xi pjanijiet imminenti biex jiġi reklutat imqar behavioural therapist wieħed.
//= $special ?>