Lokali Parlament

F’disa’ lokalitajiet hemm 10 kusilliera jew Sindki li jaħdmu fil-Ministeru ta’ Byron Camilleri

F’disa’ lokalitajiet hemm 10 persuni li jaħdmu fil-Ministeru u f’entitajiet li hu responsabbli tagħhom il-Ministru Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Dawn il-Kunsilliera u Sindki li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Byron Camilleri, kienu eletti fil-lokalitajiet tax-Xgħajra; Ħal Qormi; iż-Żebbuġ u l-Għarb f’Għawdex; f’Birżebbuġa; fil-Gudja; f’Raħal il-Ġdid; fil-Fgura u f’Ħal Safi.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello. Hi staqsiet lil-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni.