L-ajruport ta’ Aalborg kellu jingħalaq għat-tieni darba f’24 siegħa minħabba suspettata attività bid-drones li setgħu kienu tar-Russja….Inċident li wassal biex l-Awtoritajiet Daniżi jiddikjaraw allert huma u jaġġornaw lin-NATO u l-Unjoni Ewropea dwar iċ-ċirkustanzi.
Minħabba l-inkursjoni tad-drones kellha tieqaf għal aktar minn siegħa l-attività fl-ajruport li jintuża għal titjiriet kummerċjali u daqstant ieħor militari….Dan wara li ntlemħu xi oġġetti ‘misterjużi’ fl-ispazju tal-ajru tad-Danimarka.
L-awtoritajiet Daniżi jemmnu li din l-attività bid-drones hi parti minn attakk fuq stil hybrid li jidher li hu organizzat bir-reqqa. Dan fost it-tħassib dwar is-sigurtà fl-Istati Ewropej lejn it-Tramuntana u fost l-inkursjonijiet tal-aħħar jiem mid-drones tar-Russi fl-ispazji tal-ajru tal-pajjiżi membri tal-UE u n-NATO.
Il-Ministru tad-Difiża Daniż, Troels Lund Poulsen, li hu wkoll il-Viċi-Prim Ministru tad-Danimarka, qal li ‘xi persuni professjonali qed jixprunaw din l-attività inkwetanti li diffiċli biex wieħed irażżanha’.
//= $special ?>