Jgħid li jinsab “ċert” li jekk nibqgħu sejrin kif aħna se nispiċċaw f’minoranza
Jien jassoċċjawni bħala dak ir-raġel li faqa’ lill-pajjiż bil-barranin – imma issa, ilni sentejn ngħid li rridu nagħfsu l-brejkijiet għaliex bin-nuqqas ta’ koppji jagħżlu li ma jkollhomx tfal, il-popolazzjoni Maltija se tonqos…u se jkun hawn iżjed barranin milli Maltin.
Sostna dan il-Ministru Clyde Caruana waqt intervista mal-preżentatur Karl Bonaci meta kienu qed jiddiskutu ż-żieda fil-popolazzjoni f’Malta.
Il-Ministru Caruana insista li jekk il-koppji Maltin u Għawdxin se jkomplu jagħżlu li jkollhom inqas tfal ir-realtà tkun li fis-snin li ġejjin se nonqsu bin-nofs.
Clyde Caruana saħaq li aktar minn hekk 40% tal-popolazzjoni Maltija se tkun magħmulna minn anzjani biex b’hekk ikun hawn bżonn ta’ aktar barranin ħalli jsostnu lill-anzjani tagħna. U għalhekk, jekk lanqas il-Gvern ma jintervjeni il-futur tal-popolazzjoni Maltija ma tantx jidher xi wieħed pożittiv.
Il-Ministru saħaq li bosta jassoċċjawh maż-żmien fejn kien fit-tmun ta’ JobsPlus fejn taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat Caruana beda jaħdem bis-sistema tal-importazzjoni tal-ħaddiema barranin – madanakollu tenna li hemm bżonn ta’ bidla fil-mudell ekonomiku – l-istess argument li l-Partit Nazzjonalista issa ilu jisħaq fuqu għal snin twal.
Clyde Caruana għażel li ma jogħmodx kliemu hekk kif saħaq ċar u tond li jekk ma jsir xejn il-Maltin se jispiċċaw f’minoranza f’pajjiżhom stess.
Il-Partit Nazzjonalista ilu snin sħaħ jappella lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jintervjeni mill-aktar fis biex mhux biss ibiddel il-mudell ekonomiku minn dak ta’ kwantità għal dak ta’ kwalità, iżda biex verament isaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin bil-għan li jagħmel ħajjithom aktar attraenti u ideali biex ikattru t-tfal.
//= $special ?>