Wara sajf vibranti flimkien fuq Net FM, Sportsbox jirritorna lura, din id-darba itwal u iktar interessanti minn qatt qabel! Mill-Ħadd 5 ta’ Ottubru, Sportsbox se jirritorna fuq Net FM, madankollu se jkun qiegħed jkun qiegħed jibda fit-3pm, u jżommok aġġornat b’kollegamenti u aħbarijiet sportivi sal-5pm, kull nhar ta’ Ħadd. Sportsbox għall-skeda oħra se jkun ippreżentat mill-ġurnalist ta’ Media.Link Communications, Neil Camenzuli.
Apparti l-kollegamenti diretti li nkunu qed ningħaqdu magħhom barra mill-istudio, issa ser jibda jkollna ukoll il-mistiedna ġewwa l-istudio, fejn se jkollna iżjed ċans niddiskutu magħhom l-avvenimenti sportivi. Sportsbox se jkun qiegħed jitkellem mal-iżjed sportivi, atleti u partitarji interessanti u jaħarqu fil-mument.
Ma tonqosx ukoll il-mużika moderna u nostalġika li tindaqq bejn konversazzjoni oħra.
Sportsbox, programm mimli diskussjonijiet jaħarqu, intervisti esklussivi u kollegamanti diretti biex tinżammu aġġornati mad-dinja sportiva, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Kull nhar ta’ Ħadd bejn it-3pm u l-5pm fuq Net Fm – Sportsbox.
Wieħed jista’ anke jsegwi partijiet mill-programm fuq Spotify u fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Net FM.
//= $special ?>