Lokali

Il-Punt – programm ġdid ta’ diskussjoni fuq Net TV

Realtajiet illi ġeneralment jibqgħu taħt it-tapit, kontroversji, u spazju għal dibattitu bejn dawk li għandhom perspettiva differenti f’pajjiżna. Huwa dan li se jkun qed joffri l-programm il-ġdid ‘Il-Punt’ fuq Net Television.

Kull episodju se jkun qed iressaq quddiem l-udjenza, suġġetti u realtajiet li ħafna mid-drabi jingħataw il-ġenb, biċ-ċans li dawn jiġu diskussi minn numru ta’ persuni, b’mod bilanċjat.

B’xandira kull nhar ta’ Tlieta fid-9:35pm, Il-Punt se jkun qed jiddiskuti temi mistennija bħal ambjent u popolazzjoni, iżda wkoll suġġetti li wieħed għandu jiddiskuti imma ħafna mid-drabi jixħet taħt it-tapit.

B’identità b’saħħtiha, Il-Punt se joffri spazju fejn il-mistoqsijiet diffiċli jiġu mistoqsija bla ostaklu, għax fl-aħħar mill-aħħar kull mistoqsija se twassal għal ħaġa waħda: Il-Punt.