“Aħna bħala politiċi għandna nkunu spalla ma’ spalla ma’ dawn l-istudenti għaliex huma l-ġenerazzjoni ta’ għada u għalhekk irridu nagħtuhom l-appoġġ u l-ispazju kollu sabiex dawn jimirhu.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt żjara li għamel fil-Junior Collage hekk kif l-istudenti rritornaw lura fl-iskejjel – u tul din il-ġimgħa kellhom l-attivitajiet tal-Freshers week.
Waqt Freshers Week numru kbir ta’ żgħażagħ inġabru fil-foyer tal-Junior College fejn kien hemm bosta stands differenti; inkluż mill-għaqdiet tal-istudenti.
Fost l-entużjażmu ta’ sena skolastika ġdida u l-eċitament għal dak li qed jistennew mis-sena li għandhom quddiemhom…l-istudenti qasmu l-emozzjonijiet tagħhom ma’ Net News.
Intant, l-istudenti taw merħba mill-isbaħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. B’ħafna miż-żgħażagħ ħadu ritratti ma’ Alex Borg, waqt li ferħulu għall-fatt li qed jibqa’ qrib l-istudenti.
Alex Borg sab ukoll ħin biex ingħaqad mal-attivitajiet – anke sportivi – li kienu għaddejin fil-Junior College, u awgura lill-istudenti kull suċċess għal din is-sena akkademika.
Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien hemm ukoll id-deputati Charles Azzopardi, Bernice Bonello u Justin Schembri.





