Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’pusses ta’ kokaina u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien

Raġel ta’ 49 sena minn tal-Pietà nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal serje ta’ akkużi, inkluż pussess ta’ kokaina, ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsien u diversi reati tat-traffiku. Jason Zammit ġie arrestat fit-3:00am tal-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru meta l-pulizija nnotat li kien qed jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien tiegħu.

Il-qorti semgħet li l-pulizija qattgħu madwar 20 minuta jippruvaw iwaqqfuh qabel ma finalment waqaf. Matul l-ispezzjoni tal-karozza tiegħu, Zammit instab fil-pussess ta’ madwar żewġ grammi kokaina, u aktar droga nstabet wara.

Zammit ġie akkużat b’pussess ta’ kokaina mingħajr awtorizzazzjoni, sewqan mingħajr assigurazzjoni u mingħajr liċenzja, ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsien imposti fl-2023, tħassir ta’ evidenza, ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, u li wettaq reati f’ paramtru ta’ 100 metru minn skola.

Il-prosekuzzjoni enfasizzat li Zammit huwa reċidiv u għandu rekords kriminali preċedenti. Fil-qorti, Zammit wieġeb mhux ħati għal kull akkuża. Il-prosekuzzjoni staqsiet li l-akkużat ġie referut għand tabib biex jirċievi għajnuna dwar l-użu tad-droga tiegħu.

Il-qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia. Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispetturi Ian Azzopardi u Jonathan Pace, filwaqt li l-akkużat kien assistit mid-difensuri Adreana Zammit u Marion Camilleri.