PROFILI – il-5 staġun se jkun qed jissokta fuq NET Television minn nhar l-Erbgħa li ġej, fid-9.30pm. PROFILI stabilixxa sew ismu bħala programm li fih nsiru nafu personaġġi li spiss jidħlu f’ħajjitna, imma mhux dejjem inkunu nafuhom kemm jixraq. Permezz ta’ PROFILI, u l-konversazzjonijiet fi ħdan il-programm, se jkollna wirja ta’ karattri li żewqu lill-gżejjer Maltin u Għawdxin.
Wara erba’ staġuni ta’ suċċess, il-programm ta’ kważi siegħa se jirritorna b’mistiedna affaxxinanti, figuri magħrufa li ħallew il-marka tagħhom kemm f’Malta u lil hinn. L-udjenza hija mistiedna mhux biss tiċċelebra l-kisbiet pubbliċi tal-profil, iżda wkoll tiskopri l-kisbiet personali li wassluhom sal-lum.
PROFILI se jkollu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, fejn se jagħmel mezz li permezz tal-konversazzjoni jixħet dawl fuq il-memorji, riflessjonijiet u stejjer mill-qalb.
PROFILI huwa aktar minn sempliċi programm ta’ intervisti. Huwa vjaġġ intimu fil-ħajja ta’ dawk li jispiraw, iqanqlu u jiffurmaw l-identità tagħna.
Wieħed jista’ jsegwi l-programmi ta’ PROFILI tal-istaġuni li għaddew kemm fuq YouTube u anki Spotify.
//= $special ?>